Din il-paġna turi kalendarju sħiħ tax-xahar preżenti, kif ukoll links għall-kalendarju tax-xahar ta' qabel u l-kalendarju tax-xahar li jmiss. Il-kalendarju muri, jtik indikazzjoni f'liema ġranet hemm seduti, billi jimmarkhom b'background griż. Barra min hekk il-ġurnata kurrenti tkun immarkata iktar skura mill-oħrajn. Jekk tmur bl'għodda t'indikar (pointing device) fuq il-ġranet fejn kien hemm jew ser isiru xi seduti, is-sit jurik l-ammont ta' seduti li hemm f'dik il-ġurnata partikolari.
Meta tagħżel waħda mill-ġranet, is-sit jieħdok f'paġna oħra fejn titla' lista sħiħa tas-seduti tal-ġurnata maqsuma f'Ġudikant, Awla, Qorti, Rimarki u Hin (jekk seduta tkunx ħa tinstema' filgħodu jew wara nofsinhar). Fuq il-lista tidher ukoll d-data tal-ġurnata magħżula mill-persuna li qed tuża s-sit.
Tista' wkoll tiffiltra din il-lista billi tfittex bil-Qorti, bil-Ġudikatura u/jew b'Kategorija u wara tagħfas il-buttuna Iffiltra. Meta tiffiltra, l-lista ppreżentata fil-bidu, tiċkien skond il-kriterji tat-tfittix. Il-buttuna Ħassar, tbattal it-test li tkun daħħalt.
Mill-lista, l-persuna li tkun qed tuża s-sit, tista' tara l-lista tan-Noticeboard
ta' dik is-seduta li tkun ħa issir billi tagħfas bl'għodda t'indikar (pointing device) fuq is-seduta mixtieqa.
FUQ NETT
|
|
Id-dettalji huma l-istess. Isir biss xi tibdil fl-istil ta' kif jidhru biex ikun possibbli li min juża s-sistema, jipprintja d-dettalji kollha b'mod li hu aħjar għall-għajn. Id-dokumenti għandhom dejjem ikunu pprintjati f'format mimdud (landscape). Biex tissettja l-format, uża l-File Menu u l-Page Setup fil-browser.
FUQ NETT
|