Top Banner
Top Banner
Top Banner
home
Top Banner
Top Banner
Top Banner
services
Top Banner
Top Banner
Top Banner
news
Top Banner
Top Banner
Top Banner
about
Top Banner
Top Banner
Top Banner
contact
Top Banner
Top Banner
Top Banner
ministry
Top Banner
Top Banner  
Court Services
Divizorju Sentenzi Online Divizorju
Divizorju
Divizorju Kawzi Civili Divizorju
Divizorju
Divizorju Uzu ta l-Awli Divizorju
Divizorju
Divizorju Statistika Divizorju
Divizorju
Divizorju Formoli Civili (bil-Malti) Divizorju
Divizorju
Divizorju Ikkuntattja l-Espert Divizorju
Kawzi Civili
Divizorju Introdotti Divizorju
Divizorju
Divizorju Pendenti Divizorju
Divizorju
Divizorju Maghluqa fl-Ahhar Sena Divizorju
Divizorju
Divizorju Tfittxija ghas-Seduta Divizorju
Divizorju
Divizorju Lista tan-Noticeboard Divizorju
Divizorju
Divizorju Differimenti Divizorju
Divizorju
Divizorju

Bejgħ b'Subbasti


GĦAJNUNA | ENGLISH VERSION    

Introduzzjoni

Il-Kawżi Ċivili fuq l-Internet huwa servizz ieħor ta' l-eGovernment li qed joffri l-Ministeru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali biex dejjem aktar klijenti jgawdu mill-benefiċċji tat-teknoloġija ta' l-informatika u l-kommunikazzjoni.

Il-Kawżi Ċivili fuq l-Internet, huma għodda qawwija ta' tiftix elettroniku maħsuba biex jaqdu lill-Ġudikant, avukati, nutara, impjegati tal-Qorti, studenti tal-liġi, ġurnalisti u lill-pubbliku. Is-servizz hu b'xejn u mingħajr limitu ta' użu.

Is-servizz tal-Kawżi Ċivili jinkorpora sitt servizzi:

  • Kawżi Introdotti
  • Kawżi Pendenti
  • Kawżi Magħluqa fl-Aħħar Sena
  • Lista tan-Noticeboard
  • Tfittxija għas-Seduta
  • Differimenti

Is-servizz tal-Kawżi Ċivili fuq l-Internet huwa miftuħ erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa u l-informazzjoni tista' tigi aċċessata minn kull fejn hemm aċċess għall-Internet f`Malta u Għawdex u barra minnhom.

Il-ġabra ta' Kawżi Ċivili miżmuma f'dan is-sit huma:

  • l-kawżi introdotti (ġodda);
  • l-kawżi pendenti;
  • l-kawżi magħluqa f'din l-aħħar sena.


Kawżi Introdotti

Kawża ċivili ġdida tiġi rreġistrata f'waħda mir-Reġistri tal-Qrati Ċivili ta' Malta jew ta' Għawdex minn rappreżentat legali (jista' jkun avukat jew prokuratur legali) jew minn wieħed mill-partijiet (f'każ tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar). Minn hemm hekk il-kawża tgħaddi minn proċess fejn tiġi assenjati lil Ġudikant li jieħu ħsieb jappuntha għall-Ewwel Seduta.

Dan is-servizz hu proprju l-ġabra ta' dawn il-kawżi ġodda li ġew introdotti fil-Qrati Ċivili ta' Malta u ta' Għawdex, li:

  • għadhom ma ġewx allokati smigħ ta' seduta; jew
  • ngħataw l-ewwel smigħ ta' seduta (L-Ewwel Dehra) biss.

Dan is-servizz huwa għodda ta' tfittix utli għall-avukati, prokuraturi legali u għall-pubbliku in ġenerali, li jippreżentaw kawża quddiem il-Qrati Ċivili, u jkunu jridu jafu quddiem liema Ġudikant ser tinstema' l-kawża tagħhom u f'liema ġurnata.


Kawżi Pendenti

Dan is-servizz jinkludi dawk il-kawżi kollha li jidhru pendenti quddiem il-Qrati Ċivili ta' Malta jew ta' Għawdex, jiġifieri dawk il-kawżi kollha li għandhom iktar minn seduta waħda u li mhumiex magħluqa sal-ġurnata tal-llum.

Barra dettalji relatati mal-każ, bħal Riferenza tal-każ, Qorti u Ġudikatura, wieħed jista' jara wkoll informazzjoni fuq il-partijiet involuti w l-lista tas-seduti abbinati mal-każ partikolari. Mil-lista tas-seduti wieħed għandu l-faċilita' addizzjonali li jaċċessa l-verbali tas-seduta magħżula.

Importanti li wieħed ikun jaf li l-Verbali murija fis-sit tal-Kawżi Ċivili huma dawk li qegħdin abbinati mas-seduti li seħħew wara l-aħħar ta' Ġunju tas-sena 2002 'il quddiem. Barra minn hekk, verbal ikun disponnibli biss jekk min-naħa tal-Qorti ikun maħdum u magħluq.


Kawżi Magħluqa fl-Aħħar Sena

Dan is-servizz itik il-facilita' li tfittex fuq il-kawżi kollha li ngħalqu f'din l-aħħar sena, jiġifieri għandhom Data ta' Terminazzjoni. Wieħed jista' jara l-istess dettalji bħal dawk offruti fis-servizz tal-Kawżi Pendenti, deskritti fis-sezzjoni ta' qabel din. Barra minn hekk, f'dan l-istadju finali tal-kawża wieħed jista' jara wkoll dettalji bħal:

  • l-intaxxar (f'każ li l-kawża hi taxxabli u t-taxxa hi maħduma min-naħa tal-Qorti); u
  • jekk kawża ġietx appellata jew le.


Lista tan-Noticeboard

Qabel ma tinstema' s-seduta tal-ġurnata, għal kull awla jkun hemm l-lista tal-kawżi li ser jinstemgħu f'dik il-ġurnata mwaħħla fuq in-Noticeboard għall-informazzjoni tal-pubbliku in ġenerali.

Is-servizz itik l-opportunita' li tfittex l-istess lista li titwaħħal man-Noticeboard.


Tfittxija għas-Seduta

Jekk int avukat jew rappreżentat legali, din hija għodda utli ħafna biex tkun taf x'seduti għandek fil-ġurnata. L-istess servizz itik faċilita' li tara l-lista tas-seduti għal kull każ ċivili li jidher fis-sit.

Minn din il-lista, wieħed jista' jaċċessa wkoll il-verbali. Jekk trid tkun taf liema verbali jidhru fis-sit, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima "Kawżi Pendenti" f'dan l-istess file ta' l-Għajnuna.


Differimenti

Kawża, għal xi raġuni jew oħra, tista' tiġi differita għal ġurnata oħra fil-futur. Dan is-servizz ġie mibni bil-ħsieb li jimminimizza kull inkonvenjenza li d-differiment jista' joħloq kemm lill-pubbliku in ġenerali, kif ukoll lir-rappreżentanti legali.

Billi tagħżel il-ġurnata li tixtieq, is-sit jurik jekk kien hemm xi seduti li ġew differiti. B'dan il-mod wieħed ikun jaf jekk il-kawża ser tinstema' fil-ġurnata ffissata.


Ikkuntattja l-Esperti

Tista' ukoll tibgħat kummenti u suġġerimenti billi tuża l-faċilita' offruta permezz tal-paġna "Ikkuntattja l-Esperti".






GĦAJNUNA | ENGLISH VERSION    



HOME | SERVICES | NEWS | ABOUT | INFO | MINISTRY | HELP | SITEMAP
PRIVACY POLICY | CONTACT US | LINKS | SEARCH | FAQ | DISCLAIMER
GOV.MT | CIMU

Copyright (C)2003-5 Ministry for Justice and Home Affairs - All rights reserved