Top Banner
Top Banner
Top Banner
home
Top Banner
Top Banner
Top Banner
services
Top Banner
Top Banner
Top Banner
news
Top Banner
Top Banner
Top Banner
about
Top Banner
Top Banner
Top Banner
contact
Top Banner
Top Banner
Top Banner
ministry
Top Banner
Top Banner  
Court Services
Divizorju Sentenzi Online Divizorju
Divizorju
Divizorju Kawzi Civili Divizorju
Divizorju
Divizorju Uzu ta l-Awli Divizorju
Divizorju
Divizorju Statistika Divizorju
Divizorju
Divizorju Formoli Civili (bil-Malti) Divizorju
Divizorju
Divizorju Ikkuntattja l-Espert Divizorju
Kawzi Civili
Divizorju Introdotti Divizorju
Divizorju
Divizorju Pendenti Divizorju
Divizorju
Divizorju Maghluqa fl-Ahhar Sena Divizorju
Divizorju
Divizorju Tfittxija ghas-Seduta Divizorju
Divizorju
Divizorju Lista tan-Noticeboard Divizorju
Divizorju
Divizorju Differimenti Divizorju
Divizorju
Divizorju

Bejgħ b'Subbasti

Daħla 

Din il-paġna toffri informazzjoni utli dwar it-Tiftix Elettroniku tal-Kawżi Ċivili. Din l-informazzjoni għandha tgħinek tifhem x'livelli ġew applikati f'dan is-sit. Għandek issib ukoll għajnuna utli biex tuża sew dan is-servizz.

       Kawżi Introdotti
       Kawżi Pendenti
       Kawżi Magħluqa fl-Aħħar Sena
       Tfittxija għas-Seduta
       Lista tan-Noticeboard
       Differimenti

       Lista ta' Kawżi
       Lista tad-Dettalji tas-Seduti
       Noticeboard

       Kawżi fid-Dettal
       Verbal fid-Dettal
       Verbali Kollha, fid-Dettal

       Simboli użati fis-sit
       Notifika ta' żball
       Kif tipprintja
       Kif iżżomm bookmark tal-paġni
       Kif tissejvja l-paġni
       Kumpatibilita' mal-Browsers

Kawżi Introdotti 

Din il-kategorija tinkludi l-kawżi kollha li ġew rreġistrati l-Qorti li:

   a) għadhom ma ġewx allokati smigħ ta' seduta; jew
   b) ngħataw l-ewwel smigħ ta' seduta (L-Ewwel Dehra) biss.

Għandek iddaħħal mill-anqas waħda mill-kriterji biex tibda tfittex. Ir-Riferenza tal-kawża hi maqsuma fi tliet partijiet:   

  • l-ewwel huwa n-numru konsekuttiv tal-każ;
  • it-tieni hija s-sena li fiha infetaħ il-każ; u
  • it-tielet huwa numru ta' sekwenza.

Ikun aħjar li r-Riferenza li l-Qorti tat lill-Każ, jintuża bħala kriterju tat-tfittxija f'sitwazzjoni fejn min qiegħed juża s-sistema jkun jaf dan in-numru minn qabel. Meta tagħżel il-Qorti bħala kriterju ta' tiftix, is-sit jipprovdi lista m'nejn tagħżel. Jekk ser tagħmel użu mid-Data tar-Reġistrazzjoni (meta l-każ ġie rreġistrat il-Qorti), din għandha tiddaħħal fil-format jj/xx/ssss. Jista' wkoll jiddaħħal l-isem tal-Avukat (l-ewwel il-kunjom imbaghad l-isem) li hu abbinat mal-kawża bħala wieħed mill-kriterji.

Hemm differenza sottili bejn Ismijiet u Partijiet Oħra. F'Ismijiet tista' tfittex bl-isem uffiċċjali tal-kawża bħal per eżempju: BORG JOE vs GATT JOSEPHINE ET. F'Partijiet Oħra wieħed ikun jista' jfittex bil-partijiet kollha nvoluti fil-każ. Jiġifieri jekk nkomplu fuq l-eżempju msemmi, l-partijiet kollha nvoluti huma BORG JOE, GATT JOSEPHINE u GATT EMANUEL (dejjem jekk dan il-livell ta' dettal jiddaħħal mill-Qorti).

Il-buttuna Fittex, tfittex ir-riżultati ewlenin skond il-kriterji li tkun daħħalt. Il-buttuna Ħassar, tbattal t-test li tkun daħħalt qabel.

Biex tmur għall-paġna tat-tiftix "Kawżi Introdotti", agħfas hawn.

FUQ NETT

Kawżi Pendenti 

Din is-sezzjoni tinkludi dawk il-kawżi kollha li jidhru pendenti quddiem il-Qrati ta' Malta jew ta' Għawdex. Il-kriterji li għandhom jiddaħħlu għat-tiftix huma l-istess bħal dawk spjegati fit-taqsima ta' qabel din. Barra minn hekk f'din it-taqsima tista' tfittex ukoll bl-Att Promotorju, jiġifieri t-tip ta' kawża (e.g. ċitazzjoni, mandat, rikors etc.) u kwalunkwe Espert (l-ewwel il-kunjom imbaghad l-isem) li seta' nħatar mill-Qorti biex jgħinha fl-andament tal-kawża. Jekk wieħed jagħżel li juża l-Ġudikatura bħala kriterju ta' tiftix, is-sit jipprovdi lista m'nejn tagħzel.

Il-buttuna Fittex, tfittex ir-riżultati ewlenin skond il-kriterji li tkun daħħalt. Il-buttuna Ħassar, tbattal it-test li tkun daħħalt qabel.

Biex tmur għall-paġna tat-tiftix "Kawżi Pendenti", agħfas hawn.

FUQ NETT

Kawżi Magħluqa fl-Aħħar Sena 

Din is-sezzjoni tinkludi dawk il-kawżi kollha li ngħalqu fl-aħħar sena, jiġifieri għandhom Data ta' Terminazzjoni. Il-kriterji li għandhom jiddaħħlu għat-tiftix huma l-istess bħal dawk spjegati fit-taqsima "Kawzi Pendenti". Barra minn hekk, peress li f'din it-taqsima l-kawżi kollha huma magħluqa, is-sit jipprovdi l-faċilita' li tfittex ukoll bid-Data tat-Terminazzjoni, li bħal d-Data tar-Registrazzjoni, għandha tiddaħħal fil-format jj/xx/ssss.

Il-buttuna Fittex, tfittex ir-riżultati ewlenin skond il-kriterji li tkun daħħalt. Il-buttuna Ħassar, tbattal it-test li tkun daħħalt qabel.

Biex tmur għall-paġna tat-tiftix "Kawżi Magħluqa fl-Aħħar Sena", agħfas hawn.

FUQ NETT

Tfittxija għas-Seduta 

Minn din il-paġna tista' tfittex seduta partikolari. Id-Data tas-Seduta hi mandatorja u trid tiddaħħal fil-format jj/xx/ssss. Jekk iddaħħal data waħda tas-seduta, biex tkun tista' tfittex trid iddaħħal mill-inqas kriterju ieħor. Jekk ser tuża firxa ta' dati tas-seduta, trid iddaħħal mill-inqas żewġ kriterji oħra.

Barra d-Data tas-Seduta, bħala kriterji oħra ta' tfittix, wieħed isib il-Qorti, Ġudikatura u Stat tal-Kawża, fejn is-sit jipprovdi faċilita' ta' listi m'nejn tista' tagħżel. Barra minn hekk tista' tfittex b'Avukat jew b'Espert partikolari.

Il-buttuna Fittex, tfittex ir-riżultati ewlenin skond il-kriterji li tkun daħħalt. Il-buttuna Ħassar, tbattal it-test li tkun daħħalt qabel.

Biex tmur għall-paġna "Tfittxija għas-Seduta", agħfas hawn.

FUQ NETT

Lista tan-Noticeboard 

Din il-paġna tgħinek biex tfittex il-lista li titwaħħal man-Noticeboard ta' kull Awla qabel kull seduta. Biex tkun tista' tfittex, trid iddaħħal kemm d-Data tas-Seduta (fil-format jj/xx/ssss), kif ukoll l-Ġudikant (li jista' jingħazel minn lista pprovduta mis-sit).

Il-buttuna Fittex, tfittex ir-riżultati ewlenin skond il-kriterji li tkun daħħalt. Il-buttuna Ħassar, tbattal it-test li tkun daħħalt qabel.

Biex tmur għall-paġna "Lista tan-Noticeboard", agħfas hawn.

FUQ NETT

Differimenti 

Minn din il-paġna għandek il-faċilita' li tara d-differimenti kollha tax-xahar preżenti, kif ukoll tax-xahar ta' qabel u tax-xahar ta' wara. Il-kalendarju muri, jtik indikazzjoni f'liema ġranet kien hemm differimenti, billi jimmarkhom b'background griż. Barra minn hekk il-ġurnata kurrenti tkun immarkata iktar skura mill-oħrajn. Jekk tmur b'għodda t'indikar fuq il-ġranet fejn kien hemm, jew ser isir xi differiment, is-sit jurik l-ammont ta' differimenti li saru f'dik il-ġurnata partikolari.

Meta tagħżel waħda mill-ġranet, is-sit jieħdok f'paġna oħra fejn titla' lista tad-differimenti tal-ġurnata. Din il-lista tiġi ppreżentata f'titli ta' Kawżi, maqsuma f'Riferenza, Partijiet, Qorti, Ġudikant, u Seduta li jmiss. Tista' tiffiltra din il-lista billi tfittex b'Qorti u/jew Ġudikatura u tagħfas il-buttuna Iffiltra. Meta tiffiltra, l-lista ppreżentat fil-bidu, tiċkien skond il-kriterji tat-tfittix. Il-buttuna Hassar, tbattal it-test li tkun daħħalt.

Barra minn hekk, kull titlu ta' kawża għandu s-simbolu tal-lenti (Dettalji tal-kaz) ħdejħ, li permezz tiegħu wieħed ikun jista' jmur għall-paġna b'aktar dettalji fuq il-kawża. Jekk trid tkun taf kif tista' tara d-dettalji sħaħ tal-każ, jekk jogħġbok irreferi għas-sezzjoni tal-Għajnuna - "Dettalji Sħaħ tal-Kawża".

Biex tmur għall-paġna "Differimenti", agħfas hawn.

FUQ NETT

Lista ta' Kawżi 

Ir-riżultat ta' tiftix jitniżżel f'lista ta' titli ta' Kawżi Ċivili. Fil-lista jidhru Qorti, Ġudikatura, Riferenza (numru tal-każ mogħti mill-Qorti), Data tar-Reġistrazzjoni tal-każ, Ismijiet tal-partijiet involuti, Stat u Data tas-seduta li jmiss.

Is-simbolu tal-lenti (Dettalji tal-kaz) jieħdok għall-paġna b'aktar dettalji fuq il-kawża. Filwaqt li s-simbolu tal-cards (Lista tas-seduti) jieħdok għal-lista tas-seduti tal-każ partikolari li tkun fittixt.

Peress li din il-lista hi komuni għat-tlett tipi ta' tfittix, jiġiefieri mill-paġni tat-tfittix tal-Kawżi Introdotti, Kawżi Pendenti, kif ukoll tal-Kawżi Magħluqa fl-Aħħar Sena, is-simbolu tal-lenti (Dettalji tal-kaz) u tal-cards (Lista tas-seduti) jiġu jidhru biss meta tfittex għall-kawżi pendenti jew dawk li ġew magħluqa fl-aħħar sena biss. Meta tfittex għall-kawżi introdotti, is-simboli msemmija ma jagħmlux sens li jkunu hemm.

F'qiegħ il-paġna hemm links għal paġni oħra bir-riżultati, u jekk hemm aktar minn għaxar paġni ta' riżultati hemm vleġġa li twasslek għall-grupp ta' riżultati li jkun imiss.

FUQ NETT

Lista tad-Dettalji tas-Seduta 

Ir-riżultat ta' tiftix jitniżżel f'lista ta' titli ta' seduti. Fil-lista jidhru Numru (l-ordni ta' kif se jinstemgħu l-kawżi f'dik is-seduta partikolari), Data u Ħin tas-seduta, Awla fejn ser tinstema' s-seduta, Stat tas-seduta (għalfejn qed tinstema' l-kawża), Eżitu tas-seduta (r-riżultat tas-seduta wara li tinstema'), u Ġudikatura.

Is-simbolu tal-lenti (Dettalji tal-kaz) jieħdok għall-paġna b'aktar dettallji fuq il-kawża. Filwaqt li s-simbolu tal-pinna (Verbal), ħdejn ir-riżultat tat-tfittxija, jieħdok għall-verbal ta' dik is-seduta partikolari.

Faċilita' addizzjonali f'din il-pagna hi li tista' tara u tipprintja l-verbali kollha. Tista' tagħżel iktar minn verbal wieħed (billi tikklikkja fil-kaxxa ħdejn ir-riżultat tas-seduta) jew il-verbali kollha (billi tikklikkja darba fil-kaxxa li hemm fuq nett fil-paġna) tas-seduta li fittixt. Ipproċedi biex tara l-verbali kollha flimkien f'paġna suċċessiva, billi tikklikja s-simbolu tal-pinna (Verbal) li hemm fuq nett.

F'qiegħ il-paġna hemm links għal paġni oħra bir-riżultati, u jekk hemm aktar minn għaxar paġni ta' riżultati hemm vleġġa li twasslek għall-grupp ta' riżultati li jkun imiss.

FUQ NETT

Noticeboard 

F'din il-paġna għandek issib il-lista eżatta li titwaħħal fuq in-Noticeboard ta' kull Awla qabel is-smiegħ tas-seduta. Din il-paġna ta' riżultati ikun fiha: Numru (l-ordni ta' kif se jinstemgħu l-kawżi f'dik is-seduta partikolari), Riferenza (numru tal-każ mogħti mill-Qorti), Ħin tas-seduta, u Ismijiet tal-partijiet involuti fil-każ. Is-simbolu tal-lenti (Dettalji tal-kaz) jieħdok għall-paġna b'aktar dettallji fuq il-kawża.

F'qiegħ il-paġna hemm links għal paġni oħra bir-riżultati, u jekk hemm aktar minn għaxar paġni ta' riżultati hemm vleġġa li twasslek għall-grupp ta' riżultati li jkun imiss.

FUQ NETT

Detallji Sħaħ tal-Kawża 

Il-persuna li tkun qed tuża s-sit, għandha l-faċilita' li tara d-dettalji sħaħ tal-Każ f'din s-sezzjoni. Id-dettalji murija huma n-numru tar-Riferenza tal-kawża, l-Qorti, l-Ġudikatura, l-Ismijiet tal-partijiet involuti fil-kawża, u s-Suġġett Koncernat.

Barra minn hekk, din il-paġna turi ukoll d-Data tar-Reġistrazzjoni (meta ġie rreġistrat l-każ), id-Data tat-Terminazzjoni, l-Valur fi flus kkontestat fil-kawża u indikazzjoni jekk il-kawża ġietx apellata jew le. L-indikatur jekk il-kawża partikolari ġietx appellata jew le, jista' jkun Iva, Le jew vojt. F'każ li dan l-indikatur ta' l-Appell jkun vojt, ifisser li ma għandniex indikazzjoni jekk il-kawża ġietx appellata jew le.

Id-dettalji sħaħ tal-kawża huma offruti biss meta wieħed ifittex fuq Kawżi Pendenti jew Kawżi Magħluqa fl-Aħħar sena. Id-Data tat-Terminazzjoni u l-indikatur Appellata jidhru biss meta wieħed ifittex fuq Kawżi Magħluqa fl-Aħħar sena.

F'qiegħ il-paġna hemm tlett links: Partijiet Kollha, Lista tas-Seduti u Intaxxar. Jekk tagħfas fuq l-ewwel link, is-sit jieħdok f'paġna oħra fejn tista' tara d-dettalji tal-partijiet involuti fil każ. Tista' wkoll tara l-lista tas-seduti kollha tal-kawża billi tagħfas fuq il-link Lista tas-Seduti. It-tielet u l-aħħar link, itik il-facilita' li tmur għall-paġna ta' l-Intaxxar.

FUQ NETT

Detallji Partijiet Involuti 

Din il-paġna turi id-dettalji tal-Partijiet kollha involuti fil-każ. Id-dettalji huma mniżżla f'lista ta' żewġ kolonni, "Isem" u "Rwol". Il-lista turi l-ismijiet tal-partijiet involuti fil-kawża f'ordni ta' Attur/Attriċi, Konvenut/a, Avukat Attur/Attriċi, Avukat Konvenut u Esperti, dejjem jekk ikunu imdaħħlin mill-Qorti.

FUQ NETT

Taxxa fuq il-Każ 

Din is-sezzjoni tista' tiġi aċċessata la darba l-każ huwa taxxabli u t-taxxa fuq il-kawża hi maħduma min-naħa tal-Qorti. Fiha jidhru l-ammont fi flus tat-taxxa dovuta. Din il-paġna hi maqsuma fi tlett partijiet:

  • Id-dettalji li jidhru fl-ewwel parti ta' din il-paġna huma r-Riferenza tal-Każ, il-Qorti, l-Ismijiet tal-partijiet involuti fil-Każ, u l-Avukati rispettivi tagħhom.
  • Fit-tieni parti hemm mniżżel l-isem tal-persuna li ġiet dovuta tħallas it-taxxa tal-każ, in-Numru tat-talba, id-Data ta' meta il-persuna ġiet intaxxata u d-Data ta' meta sar il-ħlas.
  • It-tielet u l-aħħar parti turi d-deskrizzjoni ta' kif inhu mqassam il-kont. Dan jinkludi t-Total, d-Depositu u l-Bilanċ dovut mill-persuna msemmija fit-tieni parti ta' l-istess paġna.

FUQ NETT

Dettalji - Verbali 

Din l-paġna turi l-verbal tas-seduta magħżula. Il-verbali aċċessibli f'dan is-sit huma dawk kollha li:

  • qegħdin abbinati ma' seduta li nstemgħet wara l-aħħar ta' Ġunju tas-sena 2002;
  • ġew magħluqa min-naħa tal-Qorti
  • .

L-verbal juri r-Riferenza tal-każ, l-Qorti, l-Ġudikatura, d-Data tas-Seduta u l-Ismijiet tal-persuni li huma involuti fil-każ, filwaqt li t-test tal-verbal jidher ġo textbox. Għandek il-faċilita' li tipprintja l-verbali tas-seduta billi tagħfas bl'għodda t'indikar fuq il-link "Verżjoni Għall-Printer" li qeda f'qiegħ il-paġna.

Id-dettalji li jidhru fil-paġna tal-"Verżjoni għall-Printer", huma l-istess. Isir biss xi tibdil fl-istil ta' kif jidhru, biex ikun possibli għal min juża s-sistema, jipprintja d-dettalji kollha b'mod li hu aħjar għall-għajn. Id-dokumenti għandhom dejjem ikunu ipprintjati f'format mimdud (landscape). Biex tissettja l-format, uża l-File Menu u l-Page Setup fil-browser.

FUQ NETT

Dettalji - Verbali Kollha 

Din l-paġna turi lista ta' verbali wara xulxin. Kull verbal juri r-Riferenża tal-każ, l-Qorti, l-Ġudikatura, d-Data tas-seduta u l-Ismijiet tal-persuni involuti fil-każ, kif ukoll t-test tal-Verbal ta' kull seduta.

FUQ NETT

Simboli użati fis-sit 


Dettalji tal-kaz Is-simbolu tal-lenti jieħdok għall-paġna b'aktar dettalji fuq il-kawża ċivili.
Lista tas-seduti Dan is-simbolu jieħdok għal-lista tas-seduti tal-każ partikolari li tkun fittixt.
Verbal Is-simbolu tal-pinna joffrilek il-facilita' li tkun tista' tara l-verbal ta' dik is-seduta partikolari.

FUQ NETT

Notifika ta' żball 

Il-kriterji għat-tiftix li jdaħħal min juża s-sistema huma verifikati u jekk hemm xi żball is-sistema tavżak biex tirranġah.

FUQ NETT

Kif tipprintja 

Tista' tipprintja kull paġna fis-sit billi tagħżel il-file u tipprintjah bl-għodda normali ta' l-MS Internet Explorer jew Netscape. Biex tipprintja bl-aħjar mod issettja l-paġna f'format mimdum (landscape) flok wieqaf (portrait).

FUQ NETT

Kif iżżomm bookmark tal-paġni 

Biex iżżomm book-mark ta' xi paġna fis-sit, għażel Favorites u Add to Favorites fl-MS Internet Explorer u Bookmarks, Add Bookmarks f'Netscape.

FUQ NETT

Kif tissejvja l-paġni 

Kull paġna li jkun qed juri l-browser tiegħek tista' tiġi ssejvjatha. Agħżel File u Save as f'MS Internet Explorer u Netscape.

FUQ NETT

Kumpatibilita' mal-Browsers  

Is-sistema taħdem fuq MS Internet Explorer Verżjoni 5.0 il fuq u Netscape Verżjoni 4.61 il fuq.

FUQ NETT


HOME | SERVICES | NEWS | ABOUT | INFO | MINISTRY | HELP | SITEMAP
PRIVACY POLICY | CONTACT US | LINKS | SEARCH | FAQ | DISCLAIMER
GOV.MT | DOI

Copyright (C)2003-8 Ministry for Justice and Home Affairs - All rights reserved