*
*
*
home
*
*
*
services
*
*
*
news
*
*
*
about
*
*
*
contact
*
*
*
ministry
*
*  
*
* *
*
* *
*
* *
*
* *
*
* *
*
* *
*
*

LINKS










L-aħħar aġġornata 8/1/2010

INTRODUZZJONI

Il-Website tal-Liġijiet ta' Malta huwa servizz provdut mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern. Dan is-servizz jiġbor flimkien il-Liġijiet ta' Malta, li jinkludi l-Kostituzzjoni ta' Malta, l-Att ta' l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji u l-leġislazzjoni sussidjarja.

Dan is-servizz huwa servizz elettroniku utli ħafna, u maħsub biex jaqdi lill-ġudikanti, avukati, nutara, prokuraturi legali, impjegati tal-qorti, studenti tal-liġi, ġurnalisti u lill-pubbliku. Is-servizz huwa mingħajr ebda ħlas, mingħajr limitu ta' użu u mingħajr nollijiet għal min irid iniżżel kopji tal-Liġijiet ta' Malta f'format pdf.

Il-LIĠIJIET TA' MALTA online toffri dawn is-servizzi li ġejjin:

  • Il-Kapitoli kollha tal-Liġijiet ta' Malta, inkluża l-Kostituzzjoni ta' Malta u l-Att ta' l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji;
  • Il-leġislazzjoni sussidjarja magħmula taħt il-Kapitoli tal-Liġijiet ta' Malta, inkluża l-leġislazzjoni sussidjarja magħmula taħt il-Kostituzzjoni ta' Malta; u
  • Indiċijiet kronoloġiċi u analitiċi għal-leġislazzjoni kollha


LIĠIJIET TA' MALTA

Dan is-servizz jinkludi l-leġislazzjoni prinċipali fis-seħħ bħalissa, regolarment aġġornata b'emendi jew leġislazzjoni ġdida approvata mill-Kamra tad-Deputati. Għall-għanijiet tal-liġijiet lokali, din il-website ikkunsidrata l-verżjoni uffiċjali tal-Liġijiet ta' Malta, iżda mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 11A(4) ta' l- Att ta' l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.

L-emendi tal-leġislazzjoni approvati mill-Kamra tad-Deputati jiġu integrati fit-test oriġinali, MALLI DAWN JIĠU FIS-SEĦĦ, għalhekk it-test muri jkun il-verżjoni preżenti tal-leġislazzjoni. Id-data ta' meta ġiet l-aħħar aġġornata hi murija hawn fuq.

LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA

Mhux il-leġislazzjoni sussidjarja kollha hija attwalment 'on-line', għaliex il-ġabra u l-publikazzjoni bħala test finali huwa proġett li kien mibdi fis-sena 2000. Malli kull parti tkun finalizzata, titqiegħed 'on-line', u l-proġett mistenni jitlesta fl-2007.

INDIĊIJIET

L-indiċijiet huma disponibbli kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Jekk jogħġbok għażel l-INDIĊI ANALITIKU, jew L-INDIĊI KRONOLOĠIKU u kklikkja fuq il-bandiera rispettiva għall-verżjoni rilevanti tal-lingwa.

Meta tagħżel id-dokument mixtieq, it-test kollu ta' l-istess dokument ikun muri fuq l-iscreen f'format pdf.

Dan is-servizz joffri wkoll il-faċilità li wieħed ifittex kliem partikolari permezz tal-buttuna 'FITTEX' li hija disponibbli kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Meta tagħżel xi waħda mit-tliet faċilitajiet ta' tiftix disponibbli u ddaħħal il-parametri ta' tiftix relattivi, tiġi murija lista ta' leġislazzjoni skond skala ta' fejn il-parametri ta' tiftix jeżistu l-aktar. Meta tingħażel partita, l-utent jittieħed fuq id-dokument innifsu f'format pdf.

Biex tara dawn id-dokumenti jista' jkollok bżonn tniżżel l-'Acrobat Reader'. Biex tikseb l-aħħar verżjoni ta' l-'Acrobat Reader' jekk jogħġbok mur http://www.acrobat.com.

IKKUNTATTJA L-ESPERT

Biex is-sistema tkun sostnuta tajjeb u taqdi aħjar lil min jużaha, kull min jinnota problemi jew nuqqasijiet hu mitlub li jikkuntatjana, bil-faċilità fil-homepage, IKKUNTATJA L-ESPERTI u jsemmihom lill-amministratur tas-sistema. Huwa importanti ħafna li, qabel ma tintuża l-website, tiġi verifikata d-data ta' meta ġiet l-aħħar aġġornata. Din il-faċilità MHIJIEX intiża biex tagħti pariri legali.

Napprezzaw il-kummenti tagħkom biex jiġu identifikati żbalji li għandhom jiġu korretti kif ukoll kull suġġeriment ieħor li jista' jservi biex jitjieb il-livell ta' servizz li toffri s-sistema.

Tista' wkoll tibgħat kummenti u suġġerimenti billi tuża l-paġna "Ikkuntattja l-Esperti".

L-aħħar aġġornata 8/1/2010


 

 

HOME | SERVICES | NEWS | ABOUT | INFO | MINISTRY | HELP | SITEMAP
PRIVACY POLICY | CONTACT US | LINKS | SEARCH | FAQ | DISCLAIMER
GOV.MT | CIMU

Copyright (C)2003-6 Ministry for Justice and Home Affairs - All rights reserved