*
*
*
home
*
*
*
services
*
*
*
news
*
*
*
about
*
*
*
contact
*
*
*
ministry
*
*  
Court Services
Divizorju Sentenzi Online Divizorju
Divizorju
Divizorju Kawzi Civili Divizorju
Divizorju
Divizorju Uzu ta l-Awli Divizorju
Divizorju
Divizorju Statistika Divizorju
Divizorju
Divizorju Formoli Civili (bil-Malti) Divizorju
Divizorju
Divizorju Ikkuntattja l-Espert Divizorju
Sentenzi Online
Divizorju Selezzjoni Divizorju
Divizorju
Divizorju Arkivju 2001 'il Quddiem Divizorju
Divizorju
Divizorju l-Ahhar 12 il-Xahar Divizorju
Divizorju
Divizorju l-Ahhar 15-il Gurnata Divizorju
Divizorju
Divizorju Tfittxija bi Kliem Ewlieni Divizorju
Divizorju
Divizorju

Bejgħ b'Subbasti


Daħla

Din il-paġna toffri informazzjoni utli dwar it-Tiftix Elettroniku tas-Sentenzi. Din l-informazzjoni għandha tgħinek tifhem x'livelli ġew applikati f'dan is-sit u kif tħaddem xi tipi ta' files. Għandek issib ukoll għajnuna utli biex tuża sew dan is-servizz.

      Selezzjoni ta' Sentenzi
      Arkivju ta' Sentenzi 2001 'il quddiem
      Sentenzi ta' l-Aħħar 12-il Xahar
      Sentenzi ta' l-Aħħar 15-il Ġurnata
      Tfittxija bi Kliem Ewlieni

      Lista ta' Selezzjoni ta' Sentenzi
      Lista ta' Arkivju ta' Sentenzi 2001 'il quddiem
      Lista ta' Sentenzi ta' l-Aħħar 12-il Xahar

      Selezzjoni ta' Sentenzi fid-Dettall
      Arkivju ta' Sentenzi 2001 'il quddiem fid-Dettall
      Sentenzi ta' l-Aħħar 12-il Xahar fid-Dettall
      Sentenzi ta' l-Aħħar 15-il Ġurnata fid-Dettall

      Simboli użati fis-sit

      Paġna għall-ipprintjar ta' Deċiżjonijiet tal-Qrati
      Notifika ta' żball
      Kif tipprintja
      Kif iżżomm bookmark tal-paġni
      Kif tissejvja l-paġni
      Kumpatibilita' mal-Browsers

Selezzjoni ta' Sentenzi

Din il-kategorija tinkludi sentenzi li huma indiċjati, jiġifieri għandhom spjegazzjoni fil-qosor, kif ukoll kliem ewlieni abbinat magħhom. Għandek iddaħħal mill-anqas waħda mill-kriterji biex tibda tfittex. Jekk ser tuża firxa ta' dati ikbar minn sentejn, għandek iddaħħal kriterju ieħor minbarra d-dati. Id-data tas-sentenza għandha tiddaħħal fil-format jj/xx/ssss. Meta tagħżel il-kriterju ta' tiftix minn fost il-Qrati u l-Ġudikatura, is-sit jipprovdi lista m'nejn tagħżel.


Kliem Ewlieni

Jekk ser tuża aktar minn kelma ewlenija waħda, ifred il-kliem b'virgola (,). Iddaħħalx aktar minn għaxar kelmiet għal kull tfittxija. Is-sit joffrilek żewġ għażliet. Jekk tagħżel 'Il-kliem ewlieni kollu', is-sistema tinterpreta l-kliem ewlieni kollu li għażilt f'daqqa (boolean AND). Jekk tagħżel 'Kwalunkwe kelma ewlenija', is-sistema tifred il-kliem li daħħalt u tqishom mifrudin (boolean OR). Dan ifisser li mill-anqas kelma waħda minn dawk li jiddaħħlu irid jitqabbel biex is-sentenzi rilevanti jidhru fuq il-paġna tar-riżultati.

Hekk b'eżempju biex tfittex "droga" jew "multa" daħħal "droga,multa" u agħżel 'Kwalunkwe kelma ewlenija'. Waqt li biex tfittex "importazzjoni" u "trademark" daħħal "importazzjoni,trademark" u agħżel 'Il-kliem ewlieni kollu'

Il-buttuna Fittex tfittex ir-riżultati ewlenin skond il-kriterji li tkun daħħalt. Il-buttuna Ħassar, tbattal it-test li tkun daħħalt qabel.

Biex tmur għall-paġna tat-tiftix "Selezzjoni ta' Sentenzi", agħfas hawn.

FUQ NETT

Arkivju ta' Sentenzi 2001 'il quddiem  

Dan l-Arkivju jinkludi s-sentenzi kollha mogħtija mis-sena 2001 'il quddiem. Il-kriterji li għandhom jiddaħħlu għat-tiftix huma l-istess bħal dawk spjegati fit-taqsima ta' qabel din. Hemm differenzi zgħar fil-mod kif titlob ir-Riferenza tas-sentenza. Din ir-Riferenza hi maqsuma fi tliet partijiet:

- l-ewwel huwa n-numru konsekuttiv tal-każ;
- it-tieni hija s-sena li fiha infetaħ il-każ li hi marbuta miegħu s-sentenza;
- it-tielet huwa numru ta' sekwenza.

Ikun aħjar li r-Riferenza li l-Qorti tat lill-Każ li miegħu hi marbuta s-Sentenza, jintuża bhala kriterju tat-tfittxija biss meta min qiegħed juża s-sistema jkun jaf dan in-numru minn qabel.

Il-buttuna Fittex tfittex ir-riżultati ewlenin skond il-kriterji li tkun daħħalt. Il-buttuna Ħassar, tbattal it-test li tkun daħħalt qabel.

Biex tmur għall-paġna tat-tiftix "Arkivju ta' Sentenzi 2001 'il quddiem", agħfas hawn.

FUQ NETT

Sentenzi ta' l-Aħħar 12-il Xahar 

Hawnhekk hawn miżmuma s-sentenzi kollha li ngħataw fl-aħħar 12-il xahar. L-istess proċedura għat-tiftix tapplika bħal it-taqsima ta' qabel.

Biex tmur għall-paġna tat-tiftix "Sentenzi ta' l-Aħħar 12-il Xahar", agħfas hawn.

FUQ NETT

Sentenzi ta' l-Aħħar 15-il Ġurnata 

Jekk tagħżel din il-faċilita', għandek issib lista tas-sentenzi kollha li ngħataw fl-aħħar hmistax-il ġurnata. L-istess proċedura għat-tiftix tapplika bħal it-taqsima ta' qabel.

Biex tmur għall-paġna tat-tiftix "Sentenzi ta' l-Aħħar 15-il Ġurnata", agħfas hawn.

FUQ NETT

Tfittxija bi Kliem Ewlieni 

Tista' tagħżel ittra mill-alfabet biex tara l-lista ta' kliem ewlieni b'dik l-ittra magħżula. Minn din il-lista tista' tagħżel numru ta' kliem ewlieni biex tfittex is-sentenzi.

Il-kliem huma maqsuma fi tnejn: dawk meħuda mill-kotba tal-Legal Publishing u dawk tas-sentenzi imdaħħla mill-Qrati tal-Ġustizzja mill-2001 'il quddiem (jiġu jidhru b'kulur differenti).

Iktar minn kelma ewlenija waħda tista' tiġi magħżula, imma f'kaz li tagħżel miż-żewġ taqsimiet ma tkunx tista' tfittex bil-faċilita' ta' Il-Kliem Ewlieni Kollu.

Biex tmur għall-paġna tat-tiftix "Tfittxija bi Kliem Ewlieni", agħfas hawn.

FUQ NETT

Lista ta' Selezzjoni ta' Sentenzi 

Ir-riżultat ta' tiftix jitniżżel f'lista ta' titli ta' Sentenzi. Fil-lista jidhru Data, Qorti u Partijiet. Is-simbolu tal-lenti (Dettalji tas-sentenza) jieħdok ghal-paġna b'aktar dettalji fuq is-sentenza.

Is-simbolu tal-faxxiklu (Dokument tas-sentenza) jieħdok għad-dokument fejn hemm it-test sħiħ tas-sentenza. Id-dokument jinfetaħ bl-Acrobat PDF Reader. Id-dokument ser jinfetaħ fil-browser stess, inkella l-ewwel trid tissejvjah. Biex tara d-dokument imniżżel, niżżel u installa l-ACROBAT PDF Reader minn hawn jew mis-sit tal-ADOBE.

Jekk is-simbolu tal-faxxiklu ma jidhirx, dan ifisser li ma hemmx t-test sħiħ abbinat mad-dettalji tas-sentenza.

F'qiegħ il-paġna hemm links għal paġni oħra bir-riżultati, u jekk hemm aktar minn għaxar paġni ta' riżultati hemm vleġġa li twasslek għall-grupp ta' riżultati li jkun imiss.

FUQ NETT

Lista ta' Arkivju ta' Sentenzi 2001 'il quddiem  

Ir-riżultat ta' tiftix jitniżżel f'lista ta' titli ta' Sentenzi. Fil-lista jidhru Data, Riferenza, Qorti u Partijiet. Is-simbolu tal-lenti (Dettalji tas-sentenza) jieħdok ghal-paġna b'aktar dettalji fuq is-sentenza. Is-simbolu tal-faxxiklu (Dokument tas-sentenza) iqabbdek mad-dokument fejn hemm it-test sħiħ tas-sentenza. Dan is-simbolu jiġi jidher biss meta t-test sħiħ hu disponnibli, kif ukoll jekk is-sentenza mfittxija ġiet mogħtija fl-aħħar 12-il xahar.

Jekk id-data tas-sentenza tmur lura iżjed minn sena, is-simbolu tal-envelopp (Ircievi s-sentenza b'Email) jiġi muri fuq is-sit. Dan jurik li d-dokument sħiħ tas-sentenza huwa arkivjat. Tista' ssaqsi elettronikament għat-test sħiħ tas-sentenza billi tmur fuq dan is-simbolu.

F'qiegħ il-paġna hemm links għal paġni oħra bir-riżultati, u jekk hemm aktar minn għaxar paġni ta' riżultati hemm vleġġa li twasslek għall-grupp ta' riżultati li jkun imiss.

FUQ NETT

Lista ta' Sentenzi ta' l-Aħħar 12-il Xahar  

L-ispjegazzjoni bħal it-taqsima ta' qabel tapplika. L-unika differenza hi, li peress is-sentenzi miżmuma f'din is-sezzjoni kollha ġew mogħtija fl-aħħar 12-il xahar, id-dokument fejn hemm it-test sħiħ tas-sentenza għandu jkun disponnibli dejjem.

FUQ NETT

Selezzjoni ta' Sentenzi fid-Dettall

Uża s-simbolu (Detail) ħdejn t-titlu tas-sentenza, biex tidħol f'din il-paġna. Hawn issib aktar dettall dwar is-sentenza. Fl-ewwel parti d-dettalji li jidhru huma Volum, Parti Nru., Taqsima u Paġna f'każ li s-sentenza ġiet meħuda mil-kotba tal-Legal Publishing, jew r-Riferenza (numru li l-Qorti tat lill-Każ li tkun marbuta miegħu s-sentenza) f'każ li s-sentenza ġiet imdaħħla mill-Qrati tal-Ġustizzja.

Fit-tieni parti ssib dettalji oħra tas-sentenza: Data, Qorti, Ġudikatura, Partijiet, it-Tip ta' Sentenza, Kliem Ewlieni u Fil-Qosor. Fejn hemm it-test sħiħ tas-sentenza disponnibli, dan jista' jiġi aċċessat bl-istess mod kif inhu spjegat fit-taqsima Lista ta' Selezzjoni ta' Sentenzi .

F'qiegħ il-paġna tista' tagħżel bejn tlett links. L-ewwel tieħdok lura fil-Paġna tat-Tfittix. It-tieni tieħdok lura għall-Paġna tar-Riżultati, waqt li l-aħħar għażla tieħdok tara verżjoni tad-dettalji tas-Sentenza li tkun f'format tajjeb għall-ipprintjar.

FUQ NETT

Arkivju ta' Sentenzi 2001 'il quddiem fid-Dettall

Mil-lista tas-sentenzi, wieħed jista' jasal ghal din il-paġna wkoll billi juża s-simbolu (Dettalji tas-sentenza). F'din il-paġna wieħed isib aktar dettalji dwar is-sentenza li tkun instabet. Minbarra dettalji dwar is-sentenza, jidher wkoll ir-riferenza li tkun tat il-Qorti lill-Każ li tkun marbuta miegħu s-Sentenza, u t-test sħiħ tad-dokument meta dan ikun disponnibli. Ghal aktar informazzjoni dwar kif taqra d-dokument sħiħ, aqra t-taqsima Lista ta' Selezzjoni ta' Sentenzi .

F'qiegħ il-paġna tista' tagħżel bejn tlett links. L-ewwel tieħdok lura fil-Paġna tat-Tfittix. It-tieni tieħdok lura ħall-Paġna tar-Riżultati, waqt li l-aħħar għażla tieħdok tara verżjoni tad-dettalji tas-Sentenza li tkun f'format tajjeb għall-ipprintjar.

FUQ NETT

Sentenzi ta' l-Aħħar 12-il Xahar fid-Dettall

Hawnhekk wieħed għandu jsib id-dettalji tas-sentenzi mogħtija fl-aħħar 12-il xahar. L-istess spjegazzjoni bħal it-taqsima ta' qabel, tapplika. Bl-unika eċċezzjoni li t-test sħiħ tas-sentenza għandu jkun disponnibli dejjem, la darba s-sentenzi murija huma dawk ta' l-aħħar 12-il xahar.

FUQ NETT

Sentenzi ta' l-Aħħar 15-il Ġurnata fid-Dettal

Hawnhekk wieħed għandu jsib id-dettalji tas-sentenzi mogħtija fl-aħħar ħmistax il-ġurnata. L-istess spjegazzjoni bħal it-taqsima Arkivju ta' Sentenzi 2001 'il quddiem, fid-Dettall, tapplika.

FUQ NETT

Simboli użati fis-sit

Dettalji tas-sentenza Is-simbolu tal-lenti jieħdok għall-paġna b'aktar dettalji fuq is-sentenza.

Dokument tas-sentenza Meta t-test sħiħ tas-sentenza ikun disponnibli, is-simbolu tal-faxxiklu ikun jista' jintuza biex jinqara d-dokument. Barra minn hekk, it-test sħiħ tas-sentenza jista' jiġi aċċessat biss jekk is-sentenza in kwistione ngħatat fl-aħħar 12-il xahar.

Dokument mhux disponibli Is-simbolu tal-faxxiklu maqtugħ jagħti indikazzjoni meta t-test sħiħ tas-sentenza suppost hu disponnibli imma mhux.

Ircievi s-sentenza b'Email Dan is-simbolu jiġi muri meta d-dokument tas-sentenza huwa arkivjat. Dan jiġri fil-każ ta' sentenzi mgħotija iktar minn sena ilu. Tista' ssaqsi elettronikament għat-test sħiħ tas-sentenza billi tmur fuq dan is-simbolu.

FUQ NETT

Paġna għall-ipprintjar ta' Deċiżjonijiet tal-Qrati

Id-dettalji tas-Sentenzi huma l-istess. Isir biss xi tibdil fl-istil ta' kif jidhru biex ikun possibbli li min juża s-sistema, jipprintja d-dettalji kollha b'mod li hu aħjar għall-għajn. Id-dokumenti għandhom dejjem ikunu pprintjati f'format mimdud (landscape). Biex tissettja l-format, uża l-File Menu u l-Page Setup fil-browser.

FUQ NETT

Notifika ta' żball

Il-kriterji għat-tiftix li jdaħħal min juża s-sistema huma verifikati u jekk hemm xi żball is-sistema tavżak biex tirranġah.

FUQ NETT

Kif tipprintja

Tista' tipprintja kull paġna fis-sit billi tagħżel il-file u tipprintjah bl-għodda normali ta' l-MS Internet Explorer jew Netscape. Biex tipprintja bl-aħjar mod issettja l-paġna f'format mimdum (landscape) flok wieqaf (portrait).

FUQ NETT

Kif iżżomm bookmark tal-paġni

Biex iżżomm book-mark ta' xi paġna fis-sit, għażel Favorites u Add to Favorites fl-MS Internet Explorer u Bookmarks, Add Bookmarks f'Netscape.

FUQ NETT

Kif tissejvja l-paġni

Kull paġna li jkun qed juri l-browser tiegħek tista' tiġi ssejvjatha. Agħżel File u Save as f'MS Internet Explorer u Netscape.

FUQ NETT

Kumpatibilita' mal-Browsers

Is-sistema taħdem fuq MS Internet Explorer Verżjoni 5.0 il fuq u Netscape Verżjoni 4.61 il fuq.

FUQ NETT

HOME | SERVICES | NEWS | ABOUT | INFO | MINISTRY | HELP | SITEMAP
PRIVACY POLICY | CONTACT US | LINKS | SEARCH | FAQ | DISCLAIMER
GOV.MT | DOI

Copyright (C)2003-8 Ministry for Justice and Home Affairs - All rights reserved